This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0235
Case C-235/22: Request for a preliminary ruling from the Audiencia Nacional (Spain) lodged on 5 April 2022 — Criminal proceedings against Abel
Kawża C-235/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fil-5 ta’ April 2022 – Proċeduri kriminali kontra Abel
Kawża C-235/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fil-5 ta’ April 2022 – Proċeduri kriminali kontra Abel
ĠU C 24, 23.1.2023, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fil-5 ta’ April 2022 – Proċeduri kriminali kontra Abel
(Kawża C-235/22)
(2023/C 24/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Nacional
Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali
Rikorrent: Abel
Parti oħra fil-proċedura: Ministerio Fiscal
Domandi preliminari
1) |
L-Artikoli 126 u 127 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (iktar ’il quddiem il-“Ftehim dwar il-Ħruġ”) (1) u l-Artikoli 18(1) u 21(1) TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma applikabbli għal talba għal estradizzjoni minn pajjiż terz magħmula wara t-tmiem tal-perijodu tranżitorju previst fil-Ftehim dwar il-Ħruġ dwar ċittadin tar-Renju Unit li kien residenti fi Stat Membru kemm matul kif ukoll wara t-tmien tal-Ftehim dwar il-Ħruġ għal fatti mwettqa qabel u waqt li l-Ftehim dwar il-Ħruġ kien fis-seħħ? Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv: |
2) |
L-Artikoli 10, 12, 13, 14, 15, 126 u 127 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u l-Artikolu 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ġurisprudenza stabbilita fis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Settembru 2016, Aleksei Petruhhin vs Latvijas Republikas Ģenerālprokuratūra (C-182/15) (2), tal-10 ta’ April 2018, Romano Pisciotti vs Bundesrepublik Deutschland (C-191/16) (3) u tat-2 ta’ April 2020, Ruska Federacija vs I.N. (C-897/19 PPU) (4), hija applikabbli għal talba għal estradizzjoni minn pajjiż terz dwar ċittadin Brittaniku li kien ċittadin tal-Unjoni Ewropea fil-mument tal-fatti li jimmotivaw it-talba għal estradizzjoni u li rrisjeda mingħajr interruzzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor qabel u waqt li l-Ftehim dwar il-Ħruġ kien fis-seħħ? Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv: |
3) |
Il-ġurisprudenza stabbilita fis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi tas-6 ta’ Settembru 2016, Aleksei Petruhhin vs Latvijas Republikas Ģenerālprokuratūra (C-182/15, EU:C:2016:630), tal-10 ta’ April 2018, Romano Pisciotti vs Bundesrepublik Deutschland (C-191/16, EU:C:2018:222) u tat-2 ta’ April 2020, Ruska Federacija vs I.N. (C-897/19 PPU, EU:C:2020:262), fid-dawl tal-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali previst fl-Artikoli 62 sa 65 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u t-Titolu VII tat-Tielet Parti tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, hija applikabbli għal talba għal estradizzjoni minn pajjiż terz dwar ċittadin Brittaniku li kien ċittadin tal-Unjoni Ewropea fil-mument tal-fatti li jimmotivaw it-talba għal estradizzjoni u li rrisjeda mingħajr interruzzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor qabel u waqt li l-Ftehim dwar il-Ħruġ kien fis-seħħ? |
(2) EU:C:2016:630.
(3) EU:C:2018:222.
(4) EU:C:2020:262.