EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0134

Kawża C-134/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Marzu 2022 – MO vs SM bħala amministratur tal-insolvenza tal-assi ta’ G GmbH

ĠU C 222, 7.6.2022, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 222, 7.6.2022, p. 11–11 (GA)

7.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Marzu 2022 – MO vs SM bħala amministratur tal-insolvenza tal-assi ta’ G GmbH

(Kawża C-134/22)

(2022/C 222/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MO

Konvenut: SM bħala amministratur tal-insolvenza tal-assi ta’ G GmbH

Domanda preliminari

Liema huwa l-għan tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (1), li jgħid li l-persuna li timpjega għandha tibgħat lill-awtorità pubblika kompetenti kopja mill-inqas tal-elementi tan-notifika bil-miktub lir-rappreżentanti tal-ħaddiema previsti fil-punti (i) sa (v) tal-punt b tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(3)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327.


Top