Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0054

    Kawża C-54/22 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2022 mir-Rumanija mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fl-10 ta’ Novembru 2021 fil-Kawża T-495/19, Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 128, 21.3.2022, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 128, 21.3.2022, p. 5–6 (GA)

    21.3.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 128/12


    Appell ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2022 mir-Rumanija mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fl-10 ta’ Novembru 2021 fil-Kawża T-495/19, Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-54/22 P)

    (2022/C 128/16)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Partijiet

    Appellant: Ir-Rumanija (rappreżentanti: E. Gane, L. Liţu, L.-E. Baţagoi, aġenti)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, L-Ungerija

    Talbiet

    tiddikjara l-appell ammissibbli, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-495/19 sa fejn tirrigwarda l-analiżi tal-motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament Nru 211/2011 u tiddeċiedi l-Kawża T-495/19, billi tilqa’ r-rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/721;

    jew

    tiddikjara l-appell ammissibbli, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-495/19 sa fejn tirrigwarda l-analiżi tal-motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament Nru 211/2011 u tibgħat lura l-Kawża T-495/19 quddiem il-Qorti Ġenerali li, fl-eżami mill-ġdid, għandha tilqa’ r-rikors għal annullament u tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/721;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Insostenn tal-appell tagħha, ir-Rumanija tinvoka aggravju wieħed, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament Nru 211/2011 flimkien mal-Artikolu 5(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u għalhekk kisret dawn id-dispożizzjonijiet:

    i)

    L-ewwel, bl-interpretazzjoni tagħha tal-kundizzjonijiet li fihom il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta li tirreġistra inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, b’mod partikolari meta ddeċidiet li tali rifjut jista’ jseħħ biss jekk il-possibbiltà tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta għal att ġuridiku tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tat-Trattati tkun tista’ tiġi kompletament eskluża.

    Madankollu, tali inizjattiva tkun taqa’, b’mod ċar, barra mill-kompetenza tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta għal att ġuridiku jekk, wara evalwazzjoni legali b’mod astratt tal-miżuri proposti, ikun hemm dubji serji li tali miżuri jistgħu jiġu adottati taħt it-Trattati.

    ii)

    It-tieni, bl-interpretazzjoni tagħha tal-possibbiltà għall-Kummissjoni li tirreġistra proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej b’riżerva jew b’kundizzjoni.

    F’każ bħal dan, il-Kummissjoni hija meħtieġa tirreferi għall-informazzjoni obbligatorja u fakultattiva kollha pprovduta mill-organizzaturi, li ma tistax tiġi injorata lanqas parzjalment.


    Top