Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0005

    Kawża C-5/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-3 ta’ Jannar 2022 – Green Network SpA vs SF, YB, Autorità di Regolazione per Energia Reti e Ambiente (ARERA)

    ĠU C 128, 21.3.2022, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 128, 21.3.2022, p. 4–5 (GA)

    21.3.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 128/10


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-3 ta’ Jannar 2022 – Green Network SpA vs SF, YB, Autorità di Regolazione per Energia Reti e Ambiente (ARERA)

    (Kawża C-5/22)

    (2022/C 128/14)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Consiglio di Stato

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Green Network SpA

    Konvenuti: SF, YB, Autorità di Regolazione per Energia Reti e Ambiente (ARERA)

    Domandi preliminari

    1)

    Il-liġi tal-Unjoni li tinsab fid-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 2003/54/KE (1) – b’mod partikolari fl-Artikolu 37(1) u (4), li jistabbilixxu s-setgħat tal-awtoritajiet regolatorji u fl-Anness I – tista’ tiġi interpretata fis-sens li tinkludi fiha anki s-setgħa deċiżjonali eżerċitata mill-Autorità di regolazione del mercato elettrico italiano (ARERA) fil-konfront tal-kumpanniji li joperaw fis-settur tal-elettriku li biha jiġi impost fuq dawn il-kumpanniji l-ħlas lura lill-klijenti, anki lil dawk li ma għadhomx klijenti u dawk li ma jħallsux il-kontijiet, tas-somma li tikkorrispondi għall-korrispettiv ekonomiku mħallas minnhom biex jiġu koperti l-ispejjeż ta’ ġestjoni amministrattiva, biex tiġi ssodisfata klawżola kuntrattwali li hija s-suġġett ta’ sanzjoni min-naħa tal-istess awtorità?

    2)

    Il-liġi tal-Unjoni li tinsab fid-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 2003/54/KE – b’mod partikolari fl-Artikolu 37(1) u (4), li jistabbilixxu s-setgħat tal-awtoritajiet regolatorji u fl-Anness I – tista’ tiġi interpretata fis-sens li tinkludi fiha, fil-kuntest tal-kumpens u tal-metodi ta’ rimbors applikabbli għall-klijenti tas-suq tal-elettriku jekk il-livelli ta’ kwalità tas-servizz stabbiliti ma jintlaħqux mill-operatur fis-suq, anki l-ħlas lura ta’ korrispettiv ekonomiku mħallas b’mod sħiħ minnhom, stabbilit espressament fi klawżola tal-kuntratt iffirmat u aċċettat?


    (1)  ĠU 2009, L 211, p. 55.


    Top