Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0625

    Kawża T-625/21: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2021 – Automobiles Citroën vs EUIPO – Polestar (Dispożittiv ta’ żewġ angoli bil-maqlub)

    ĠU C 471, 22.11.2021, p. 58–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 471/58


    Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2021 – Automobiles Citroën vs EUIPO – Polestar (Dispożittiv ta’ żewġ angoli bil-maqlub)

    (Kawża T-625/21)

    (2021/C 471/82)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Automobiles Citroën (Poissy, Franza) (rappreżentant: C. Weyl, lawyer)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Polestar Holding AB (Götenborg, l-Iżvezja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Disinn kontenzjuż ikkonċernat: Trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea (Dispożittiv ta’ żewġ angoli bil-maqlub) – Trade mark tal-Unjoni Nru 16 896 532

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Lulju 2021 fil-Każ R 504/2020-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top