EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0622

Kawża T-622/21: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2021 – Puma vs EUIPO – SMB Swisspour (PUMA)

ĠU C 471, 22.11.2021, p. 56–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 471/56


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2021 – Puma vs EUIPO – SMB Swisspour (PUMA)

(Kawża T-622/21)

(2021/C 471/80)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schunke u P. Trieb, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SMB Swisspour GmbH (Wildau, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjużai: il-l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PUMA – Applikazzjoni Nru 15 740 079

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Lulju 2021 fil-Każ 2493/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tirrifjuta l-applikazzjoni tat-trade mark ikkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inkużi dawk marbuta mal-proċedimenti ta’ appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top