EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0796

Kawża T-796/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2022 – Grupo Eig Multimedia vs EUIPO – Globalización de Valores CFC & GCI (FORO16) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea FORO16 – Trade marks figurattivi u verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea Cambio16, Energia16, Cambio16 radio – Trade marks nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti Camb16, DEFENSA Y SEGURIDAD 16, CAMBIO16 DIGITAL, EVENTOS 16, Salón16 – Raġuni relattiva għal rifjut – Familja ta’ trade marks – Assenza ta’ provi – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

ĠU C 24, 23.1.2023, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2022 – Grupo Eig Multimedia vs EUIPO – Globalización de Valores CFC & GCI (FORO16)

(Kawża T-796/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea FORO16 - Trade marks figurattivi u verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea Cambio16, Energia16, Cambio16 radio - Trade marks nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti Camb16, DEFENSA Y SEGURIDAD 16, CAMBIO16 DIGITAL, EVENTOS 16, Salón16 - Raġuni relattiva għal rifjut - Familja ta’ trade marks - Assenza ta’ provi - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2023/C 24/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Grupo Eig Multimedia, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: D. Solana Giménez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u R. Raponi, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Globalización de Valores CFC & GCI, SA (Mairena del Aljarafe, Spanja) (rappreżentant: I. Sánchez Iglesias, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob b’mod partikolari l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-20 ta’ Ottubru 2021 (Każ R 1785/2020-2).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Grupo Eig Multimedia, SL huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 84, 21.2.2022.


Top