Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0667

    Kawża C-667/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Novembru 2021 – ZQ vs Medizinischer Dienst der Krankenversicherung Nordrhein, Körperschaft des öffentlichen Rechts

    ĠU C 95, 28.2.2022, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 95, 28.2.2022, p. 5–5 (GA)

    28.2.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 95/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Novembru 2021 – ZQ vs Medizinischer Dienst der Krankenversicherung Nordrhein, Körperschaft des öffentlichen Rechts

    (Kawża C-667/21)

    (2022/C 95/18)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesarbeitsgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: ZQ

    Konvenut: Medizinischer Dienst der Krankenversicherung Nordrhein, Körperschaft des öffentlichen Rechts

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 9(2)(h) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi lis-servizz mediku ta’ assigurazzjoni għall-mard milli jipproċessa d-data relatata mas-saħħa ta’ wieħed mill-impjegati tiegħu li fuqha tiddependi l-evalwazzjoni tal-kapaċità għax-xogħol ta’ dan l-impjegat?

    2)

    Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, b’tali mod li jista’ jitqies li hemm deroga mill-projbizzjoni tal-ipproċessar li jikkonċerna d-data relatata mas-saħħa stabbilita fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament 2016/679, b’applikazzjoni tal-Artikolu 9(2)(h) tar-Regolament 2016/679, f’każ bħal dak ineżami, apparti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament 2016/679, hemm rekwiżiti oħra dwar il-protezzjoni tad-data li għandhom jiġu osservati u, jekk inhu hekk, liema huma dawn ir-rekwiżiti?

    3)

    Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, b’tali mod li jista’ jitqies li hemm deroga mill-projbizzjoni tal-ipproċessar li jikkonċerna d-data relatata mas-saħħa stabbilita fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament 2016/679, b’applikazzjoni tal-Artikolu 9(2)(h) tar-Regolament 2016/679, f’każ bħal dak ineżami, il-legalità tal-ipproċessar tad-data relatata mas-saħħa tiddependi wkoll mill-osservanza ta’ minn tal-inqas waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament 2016/679?

    4)

    L-Artikolu 82(1) tar-Regolament 2016/679 għandu natura ta’ prevenzjoni speċjali jew ġenerali u għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-evalwazzjoni tad-dannu morali li jista’ jiġi kkumpensat u li għandu jiġi kkumpensat, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, mill-kontrollur responsabbli għall-ipproċessar jew mill-proċessur?

    5)

    Il-livell ta’ gravità tan-nuqqas tal-kontrollur responsabbli għall-ipproċessar jew tal-proċessur huwa rilevanti fil-kuntest tal-evalwazzjoni tad-dannu morali li jista’ jiġi kkumpensat abbażi tal-Artikolu 82(1) tar-Regolament 2016/679? B’mod iktar partikolari, assenza ta’ nuqqas jew nuqqas żgħir min-naħa tal-kontrollur responsabbli għall-ipproċessar jew tal-proċessur jistgħu jiġu invokati favur tagħhom?


    (1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.


    Top