Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0563

    Kawża C-563/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-14 ta’ Settembru 2021 – Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Y; parti oħra fil-proċedura: Openbaar Ministerie

    ĠU C 2, 3.1.2022, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 2/20


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-14 ta’ Settembru 2021 – Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Y; parti oħra fil-proċedura: Openbaar Ministerie

    (Kawża C-563/21)

    (2022/C 2/24)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank Amsterdam

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra: Y

    Parti oħra fil-proċedura: Openbaar Ministerie

    Domandi preliminari

    1)

    Għandu jiġi applikat il-kriterju stabbilit fis-sentenza tal-25 ta’ Lulju 2018, Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja) (1) u kkonfermat permezz tas-sentenza tas-17 ta’ Diċembru 2020, Openbaar Ministerie (Indipendenza tal-awtorità ġudizzjarja ta’ ħruġ) (2) meta jkun hemm riskju reali li l-persuna kkonċernata titressaq quddiem qorti li ma tkunx ġiet stabbilita minn qabel mil-liġi?

    2)

    Għandu jiġi applikat il-kriterju stabbilit fis-sentenza tal-25 ta’ Lulju 2018, Minister for Justice and Equality (Nuqqasijiet tas-sistema ġudizzjarja) u kkonfermat permezz tas-sentenza tas-17 ta’ Diċembru 2020, Openbaar Ministerie (Indipendenza tal-awtorità ġudizzjarja ta’ ħruġ) meta l-persuna rikjesta li tixtieq tikkontesta l-konsenja tagħha ma tistax tissodisfa dan il-kriterju għaliex ma jkunx possibbli li tiġi ddeterminata, f’dak il-mument, il-kompożizzjoni tal-qrati li hija ser titressaq quddiemhom, minħabba l-modalitajiet aleatorji ta’ attribuzzjoni tal-kawżi?

    3)

    L-assenza ta’ rimedju ġudizzjarju sabiex tiġi kkontestata l-validità tal-ħatra tal-imħallfin fil-Polonja, f’ċirkustanzi fejn ikun ċar li l-persuna rikjesta ma tistax tistabbilixxi, f’dak il-mument, li l-qrati li hija ser titressaq quddiemhom huma komposti minn imħallfin mhux maħtura b’mod validu tikkostitwixxi ksur tal-kontenut essenzjali tad-dritt għal smigħ xieraq, li jimplika l-obbligu għall-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni li tirrifjuta l-konsenja tal-persuna rikjesta?


    (1)  C-216/18 PPU, EU:C:2018:586.

    (2)  C-354/20 PPU u C-412/20 PPU, EU:C:2020:1033.


    Top