EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0494

Kawża Kawża C-494/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – Eircom Limited vs Commission for Communications Regulation (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Servizz universali u drittijiet tal-utenti – Direttiva 2002/22/CE (id-Direttiva “Servizz Universali”) – Artikolu 12 – Kalkolu tal-ispiża u finanzjament tal-obbligi ta’ servizz universali – Fornitur uniku ta’ servizz universali u diversi fornituri ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet li joperaw fis-suq – Determinazzjoni tal-piż inġust)

ĠU C 7, 9.1.2023, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – Eircom Limited vs Commission for Communications Regulation

(Kawża Kawża C-494/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Servizz universali u drittijiet tal-utenti - Direttiva 2002/22/CE (id-Direttiva “Servizz Universali”) - Artikolu 12 - Kalkolu tal-ispiża u finanzjament tal-obbligi ta’ servizz universali - Fornitur uniku ta’ servizz universali u diversi fornituri ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet li joperaw fis-suq - Determinazzjoni tal-piż inġust)

(2023/C 7/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Eircom Limited

Konvenut: Commission for Communications Regulation

Fil-preżenza ta’: Vodafone Ireland Limited, Three Ireland (Hutchison) Limited, Three Ireland Services (Hutchison) Limited

Dispożittiv

L-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta’ l-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”),

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jimponu fuq l-Awtorità Regolatorja Nazzjonali kompetenti, sabiex tevalwa jekk l-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizz universali tirrappreżentax piż inġust għal operatur inkarigat minn tali obbligi, li teżamina l-karatteristiċi rispettivi ta’ dan tal-aħħar, b’teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni tiegħu meta mqabbla ma’ dik tal-kompetituri tiegħu fis-suq ikkonċernat.


(1)  ĠU C 431, 25.10.2021.


Top