This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CA0289
Case C-289/21: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 24 November 2022 (request for a preliminary ruling from the Administrativen sad Sofia-grad — Bulgaria) — IG v Varhoven administrativen sad (Reference for a preliminary ruling — Article 47 of the Charter of Fundamental Rights of the European Union — Effective judicial protection — National procedural rule providing that an action seeking to dispute the compatibility of a national provision with EU law is devoid of purpose where the provision is repealed in the course of proceedings)
Kawża C-289/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad – il-Bulgarija) – IG vs Varhoven administrativen sad (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 47 tal – Karta tad – Drittijiet Fundamentali tal – Unjoni Ewropea – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Regola proċedurali nazzjonali li tipprevedi li rikors intiż sabiex jikkontesta l-konformità ta’ dispożizzjoni nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni jsir mingħajr skop jekk id-dispożizzjoni tiġi mħassra matul il-proċedura)

ĠU C 24, 23.1.2023, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad – il-Bulgarija) – IG vs Varhoven administrativen sad
(Kawża C-289/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 47 tal – Karta tad – Drittijiet Fundamentali tal – Unjoni Ewropea - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Regola proċedurali nazzjonali li tipprevedi li rikors intiż sabiex jikkontesta l-konformità ta’ dispożizzjoni nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni jsir mingħajr skop jekk id-dispożizzjoni tiġi mħassra matul il-proċedura)
(2023/C 24/10)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Sofia-grad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: IG
Konvenut: Varhoven administrativen sad
Dispożittiv
Il-prinċipju ta’ effettività kif stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regola proċedurali ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha, meta dispożizzjoni tad-dritt intern ikkontestata permezz ta’ rikors għal annullament minħabba li din tmur kontra d-dritt tal-Unjoni titħassar u ma tibqax, għalhekk, ikollha effetti fil-futur, it-tilwima titqies li ma għadx għandha skop b’tali mod li ma jkunx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni, mingħajr ma l-partijiet ikunu setgħu preċedentement jsostnu l-interess possibbli tagħhom fit-tkomplija tal-proċedura u mingħajr ma jkun ġie kkunsidrat tali interess.