Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0692

Kawża T-692/20: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2020 – Iliad Italia vs Il-Kummissjoni

ĠU C 19, 18.1.2021, p. 70–71 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/70


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2020 – Iliad Italia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-692/20)

(2021/C 19/76)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Iliad Italia SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: D. Fosselard u D. Waelbroeck, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 1573 finali tas-6 ta’ Marzu 2020 li ma topponix it-tranżazzjoni nnotifikata fil-Każ M.9674-Vodafone Italia / TIM / INWIT JV kif emendata permezz tal-impenji u tiddikjaraha bħala inkompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-impenji ma jipprovdu l-ebda definizzjoni jew kwantifikazzjoni tal-livell minimu ta’ qawwa meħtieġ sabiex jiġi ssodisfatt l-obbligu li jiġi pprovdut Spazju Liberu suffiċjenti, li huwa pilastru ċentrali għall-effettività tal-impenji.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-impenji ma jispeċifikawx b’mod espliċitu u ċar id-dritt għal kompetitur ġdid li jikseb, mill-bidu nett tal-implimentazzjoni tal-impenji, servizzi ta’ hosting online li jkopru l-medda ta’ frekwenza ta’ 700 MHz, li hija essenzjali għall-operat effettiv ta’ operaturi ta’ network mobbli f’kompetizzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-impenji ma jipprojbixxux b’mod espliċitu u ċar lill-partijiet milli jagħżlu siti internet mhux adatti fit-twettiq tal-obbligu tagħhom li jipprovdu aċċess lil kompetituri ġodda, u li l-impenji ma joffru l-ebda protezzjoni kontra l-partijiet li jeżerċitaw preġudizzju fl-għażla tas-siti internet li lilhom għandu jingħata aċċess.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-impenji jipprovdu proċedura insuffiċjenti u mhux ċara għal arranġament ta’ aċċess għal siti internet rilevanti, li jirriżulta f’sitwazzjoni fejn kompetituri ġodda ma jkunux jistgħu jagħmlu użu effettiv tas-siti internet offruti taħt l-impenji.


Top