This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0673
Case T-673/20: Action brought on 11 November 2020 — Celler Lagravera v EUIPO — Cyclic Beer Farm (Cíclic)
Kawża T-673/20: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2020 – Celler Lagravera vs EUIPO – Cyclic Beer Farm (Cíclic)
Kawża T-673/20: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2020 – Celler Lagravera vs EUIPO – Cyclic Beer Farm (Cíclic)
ĠU C 19, 18.1.2021, p. 62–62
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/62 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2020 – Celler Lagravera vs EUIPO – Cyclic Beer Farm (Cíclic)
(Kawża T-673/20)
(2021/C 19/66)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Celler Lagravera, SLU (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J.L. Rivas Zurdo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cyclic Beer Farm, SL (Barcelona, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “Cíclic” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 948 980
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Awwissu 2020 fil-Każ R 465/2020-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din, billi tiċħad l-appell ippreżentat minn Celler Lagravera, SLU, tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni Nru B 3 071 125 li tilqa’ l-oppożizzjoni mressqa kontra l-prodotti kollha tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 948 980 “Cíclic” (figurattiva) li tkopri “inbejjed” fil-klassi 33; u |
— |
tikkundanna għall-ispejjeż lill-parti li topponi jew lill-partijiet li jopponu għal dan ir-rikors. |
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.