This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0654
Case T-654/20: Action brought on 27 October 2020 — Silex v Commission and EASME
Kawża T-654/20: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2020 – Silex Ipari Automatizálási Zrt. vs Il-Kummissjoni u EASME
Kawża T-654/20: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2020 – Silex Ipari Automatizálási Zrt. vs Il-Kummissjoni u EASME
ĠU C 19, 18.1.2021, p. 59–60
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/59 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2020 – Silex Ipari Automatizálási Zrt. vs Il-Kummissjoni u EASME
(Kawża T-654/20)
(2021/C 19/63)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: Silex Ipari Automatizálási Zrt. (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: Á. Baratta avukat)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla n-nota ta’ debitu Nru 3242009492 maħruġa mill-EASME fit-18 ta’ Awwissu (iktar ’il quddiem in-“nota ta’ debitu”), sa fejn tordna l-ħlas ta’ EUR 55 454,44; |
— |
tannulla l-ittra tat-18 ta’ Awwissu 2020, bir-referenza Ref. Ares (2020)4309529 (iktar ’il quddiem, l-“ittra”), mibgħuta mill-EASME flimkien man-nota ta’ debitu, sa fejn tordna r-rimbors ta’ EUR 48 238,75 sabiex tiġi rrilaxxata l-kontribuzzjoni lill-Fond ta’ Garanzija; |
— |
tannulla l-ittra mibgħuta flimkien man-nota ta’ debitu, sa fejn id-dikjarazzjoni finanzjarja finali mibgħuta fl-istess tikklassifika bħala spiża ineliġibbli l-ispejjeż diretti tal-persunal f’ammont ta’ EUR 210 423,11; |
— |
tannulla l-ittra mibgħuta flimkien man-nota ta’ debitu, sa fejn id-dikjarazzjoni finanzjarja finali mibgħuta fl-istess tikklassifika bħala spejjeż ineliġibbli l-ispejjeż indiretti f’ammont ta’ EUR 52 605,78; |
— |
tikkundanna lill-EASME u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ motivazzjoni. L-EASME kisret id-dmir ta’ motivazzjoni għaliex ma ġġustifikatx legalment it-talbiet inklużi fin-nota ta’ debitu u fl-ittra mibgħuta flimkien magħha. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. L-EASME kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba sa fejn:
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. L-EASME wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta qieset, fil-lista ta’ referenzi mibgħuta flimkien man-nota ta’ debitu, li l-proġett ma kienx jissodisfa bħala prinċipju l-għanijiet tekniċi u kummerċjali globali, bħala riżultat tal-fatti u tad-dokumenti li ma kinux ittieħdu inkunsiderazzjoni meta twettqet tali evalwazzjoni. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti ta’ proporzjonalità. L-EASME ma osservatx ir-rekwiżiti ta’ proporzjonalità meta qieset li huma ineliġibbli spejjeż f’total ta’ EUR 263 028,89 minn spejjeż ta’ EUR 804 020,75 iddikjarati mir-rikorrenti. |
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżit ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba u, b’mod partikolari, tar-rekwiżit ta’ ekonomija, effiċjenza u effikaċja. |
L-EASME ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-allegazzjonijiet tar-rikorrenti fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet tas-suq u tal-ħtieġa konsegwenti li jiġi emendat il-proġett.
(1) Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f’ “Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU 2013, L 347, p. 81).