This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0450
Case T-450/20: Action brought on 15 July 2020 — Tempora v Parliament
Kawża T-450/20: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2020 – Tempora vs Il-Parlament
Kawża T-450/20: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2020 – Tempora vs Il-Parlament
ĠU C 279, 24.8.2020, p. 64–64
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 279/64 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2020 – Tempora vs Il-Parlament
(Kawża T-450/20)
(2020/C 279/80)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Tempora (Forest, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Delvaux u R. Simar, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli; |
— |
tannulla d-deċiżjoni, bid-data mhux magħrufa, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew iddeċieda li jagħti l-kuntratt lil SPRL IMAGINA EU; |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha kontra d-deċiżjoni tal-għoti lil offerent ieħor tal-kuntratt fil-kuntest tas-sejħa għal offerti bir-referenza COMM/AWD/2019/421, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 15.2 tal-ispeċifikazzjonijiet, tal-obbligi ta’ diliġenza u ta’ preċiżjoni, tal-prinċipji ta’ ugwaljanza, ta’ kompetizzjoni u ta’ trasparenza, tal-Artikolu 170(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU 2018, L 193, p. 1, rettifika fil-ĠU L 60, 28.2.2019, p. 36) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament 2018/1046”). F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tqis li l-Parlament kellu jattribwixxi l-kuntratt lilha, peress li SPRL IMAGINA EU ma kellhiex il-kapaċità ekonomika u finanzjarja suffiċjenti u b’hekk ma setgħetx tintgħażel. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-punt 23 tal-Anness I tar-Regolament 2018/1046 u tal-Artikolu 16 tal-ispeċifikazzjonijiet, tal-prinċipji ta’ ugwaljanza, ta’ kompetizzjoni u ta’ trasparenza u tal-obbligi ta’ diliġenza u ta’ preċiżjoni. Ir-rikorrenti tosserva li l-prezzijiet offruti minn SPRL IMAGINA EU fl-offerta tagħha huma baxxi b’mod mhux normali u ma setgħux jiġu aċċettati. |