Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0436

    Kawża T-436/20: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2020 – Sedus Stoll vs EUIPO – Kappes (Sedus ergo+)

    ĠU C 279, 24.8.2020, p. 63–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 279/63


    Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2020 – Sedus Stoll vs EUIPO – Kappes (Sedus ergo+)

    (Kawża T-436/20)

    (2020/C 279/78)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sedus Stoll AG (Dogern, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Goldmann u J. Thomsen, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wolfgang Kappes (Bochum, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “Sedus ergo+” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 958 374

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 2194/2018-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni fil-Każ B 2 863 929; u

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u tikkundanna lill-eventwali intervenjent (Wolfgang Kappes) għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top