This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0419
Case T-419/20: Action brought on 7 July 2020 — Deutsche Kreditbank v SRB
Kawża T-419/20: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2020 – Deutsche Kreditbank vs SRB
Kawża T-419/20: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2020 – Deutsche Kreditbank vs SRB
ĠU C 279, 24.8.2020, p. 55–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 279/55 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2020 – Deutsche Kreditbank vs SRB
(Kawża T-419/20)
(2020/C 279/69)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Kreditbank AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Berger u K. Helle, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-15 ta’ April 2020 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante dovuti għas-sena 2020 lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/2020/24), inklużi l-annessi tagħha, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, inklużi l-Anness I u l-Anness II tagħha, jikkonċernaw il-kontribuzzjoni dovuta mir-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors huwa bbażat fuq disa’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għall-ewwel, it-tieni, it-tielet, ir-raba’, is-seba’, it-tmien, id-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il motiv invokati fil-Kawża T-405/20, DZ Hyp vs SRB.