Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0528

    Kawża T-528/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Settembru 2021 – Kočner vs Europol (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Perizja mwettqa minn Europol għall-finijiet ta’ proċedura kriminali nazzjonali – Allegat żvelar mhux awtorizzat ta’ data – Regolament (UE) 2016/794 – Artikolu 50(1) – Dannu morali – Rabta kawżali”)

    ĠU C 471, 22.11.2021, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 471/46


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Settembru 2021 – Kočner vs Europol

    (Kawża T-528/20) (1)

    (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Perizja mwettqa minn Europol għall-finijiet ta’ proċedura kriminali nazzjonali - Allegat żvelar mhux awtorizzat ta’ data - Regolament (UE) 2016/794 - Artikolu 50(1) - Dannu morali - Rabta kawżali”)

    (2021/C 471/65)

    Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

    Partijiet

    Rikorrent: Marián Kocner (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentanti: M. Mandzák u M. Para, avukati)

    Konvenut: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (rappreżentanti: A. Nunzi, B. De Buck, T. Zwingler u A. van Oostenbrugge, aġenti, assistiti minn G. Ziegenhorn, M. Kottmann u S. Schulz-Große, avukati)

    Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Reju ta’ Spanja (rappreżentant: J. Rodríguez de la Rúa Puig, aġent)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kisba tal-ħlas ta’ danni li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba l-iżvelar ta’ data ta’ natura personali minn Europol u minħabba l-inklużjoni ta’ ismu minn Europol fuq il-“listi tal-mafja”.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Marián Kočner huwa kkundannat ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol).

    3)

    Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


    (1)  ĠU C 339, 12.10.2020.


    Top