Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0270

    Kawża T-270/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – JS vs SRB (“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Rapport ta’ evalwazzjoni – Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2018 – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Prinċipju ta’ imparzjalità – Dritt għal smigħ xieraq – Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal – Dmir ta’ premura – Responsabbiltà”)

    ĠU C 7, 9.1.2023, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 7/20


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – JS vs SRB

    (Kawża T-270/20) (1)

    (“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Rapport ta’ evalwazzjoni - Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2018 - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ imparzjalità - Dritt għal smigħ xieraq - Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal - Dmir ta’ premura - Responsabbiltà”)

    (2023/C 7/24)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: JS (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

    Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) (rappreżentanti: L. Forestier, aġent, assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-7 ta’ Mejju 2020, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu għall-2018 kif ukoll tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Jannar 2020 li tiċħad l-ilment tiegħu u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li allegatament sofra minħabba dan il-fatt.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    JS huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 247, 27.7.2020.


    Top