EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0239

Kawża T-239/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2021 – Stada Arzneimittel vs EUIPO – Pfizer (RUXXIMLA) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali RUXXIMLA – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti RUXIMERA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

ĠU C 2, 3.1.2022, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 2/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2021 – Stada Arzneimittel vs EUIPO – Pfizer (RUXXIMLA)

(Kawża T-239/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali RUXXIMLA - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti RUXIMERA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2022/C 2/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Stada Arzneimittel AG (Bad Vilbel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pfizer Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Frar 2020 (Każ R 1879/2019-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pfizer u Stada Arzneimittel.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Stada Arzneimittel AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 20.6.2020.


Top