This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TA0220
Case T-220/20: Judgment of the General Court of 20 October 2021 — Kerstens v Commission (Civil service — Officials — Disciplinary proceedings — Article 266 TFEU — Administrative investigations — Principle of sound administration — Principle of impartiality — Action for annulment and for damages)
Kawża T-220/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2021 – Kerstens vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Proċeduri dixxiplinari – Artikolu 266 TFUE – Investigazzjonijiet amministrattivi – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prinċipju ta’ imparzjalità – Rikors għal annullament u għad-danni”)
Kawża T-220/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2021 – Kerstens vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Proċeduri dixxiplinari – Artikolu 266 TFUE – Investigazzjonijiet amministrattivi – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prinċipju ta’ imparzjalità – Rikors għal annullament u għad-danni”)
ĠU C 2, 3.1.2022, p. 29–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 2/29 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2021 – Kerstens vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-220/20) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċeduri dixxiplinari - Artikolu 266 TFUE - Investigazzjonijiet amministrattivi - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Prinċipju ta’ imparzjalità - Rikors għal annullament u għad-danni”)
(2022/C 2/38)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Petrus Kerstens (La Forclaz, l-Isvizzera) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u A.-C. Simon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tan-nota tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2017 li tinforma lir-rikorrent bit-tkomplija ta’ proċeduri dixxiplinari u tad-deċiżjoni tal-11 ta’ Lulju 2019 li tindirizzalu twissija u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li huwa ġarrab minħabba l-iżvolġiment u t-tul ta’ tliet proċeduri dixxiplinari.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-11 ta’ Lulju 2019 li tindirizza twissija lil P. Kerstens hija annullata. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ P. Kerstens. |