Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0557

    Kawża C-557/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal correctionnel de Limoges (Franza) fit-23 ta’ Ottubru 2020 – Proċeduri kriminali kontra DS

    ĠU C 163, 3.5.2021, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.5.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 163/10


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal correctionnel de Limoges (Franza) fit-23 ta’ Ottubru 2020 – Proċeduri kriminali kontra DS

    (Kawża C-557/20)

    (2021/C 163/13)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal correctionnel de Limoges

    Parti fil-proċeduri kriminali fil-kawża prinċipali

    DS

    fil-preżenza ta’: Union française des maréchaux-ferrants

    B’digriet tas-16 ta’ Marzu 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) iddikjarat li t-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal correctionnel de Limoges (Franza), permezz ta’ deċiżjoni tal-11 ta’ Settembru 2020, hija manifestament inammissibbli.


    Top