This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0550
Case C-550/20: Action brought on 23 October 2020 — Republic of Cyprus v European Parliament and Council of the European Union
Kawża C-550/20: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2020 – Ir-Repubblika ta’ Ċipru vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Kawża C-550/20: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2020 – Ir-Repubblika ta’ Ċipru vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
ĠU C 19, 18.1.2021, p. 34–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/34 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2020 – Ir-Repubblika ta’ Ċipru vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-550/20)
(2021/C 19/37)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentant: Eirini Neofytou)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-Direttiva (UE) 2020/1057 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li tistabbilixxi regoli speċifiċi rigward id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonar tax-xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti tal-infurzar u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012; u |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unioni Ewropea għall-ispejjeż . |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tqajjem ħames motivi ta’ annullament.
L-ewwel motiv ta’ annullament: ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuti kisru l-prinċipju tal-proporzjonalità, li huwa minqux fl-Artikolu 5(4) TUE kif ukoll l-Artikolu 1 tal-Protokoll (Nru 2) Dwar l-applikazzjoni tal-Prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, li hija mehmuża mat-Trattat UE u t-Trattat TFUE.
It-tieni motiv ta’annullament: ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuti kisru l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni, kif iddefinit mill-Artikolu 18 TFUE, mill-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipju ta’ ugwaljanza bejn l-Istati Membri quddiem it-Trattati, kif iddefinit fl-Artikolu 4(2) TUE, kif ukoll, sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li huwa rilevanti, l-Artikolu 95(1) TFUE.
It-tielet motiv ta’ annullament: ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuti kisru l-Artikolu 91(1) TFUE.
Ir-raba’ motiv ta’ annullament: ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuti kisru l-Artikolu 91(2) TFUE kif ukoll l-Artikolu 90 TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 3(3) TUE u l-Artikolu 94 TFUE.
Il-ħames motiv ta’ annullament: ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuti kisru l-Artikoli 34 u 35 TFUE, b’mod li ma jistax jiġi ġġustifikat skont l-Artikolu 36 TFUE, kif ukoll l-Artikolu 58(1) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 91 TFUE jew, sussidjarjament, l-Artikolu 56 TFUE.