Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0287

    Kawża C-287/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Ġunju 2020 – EL u CP vs Ryanair Designated Activity Company

    ĠU C 279, 24.8.2020, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 279/39


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Ġunju 2020 – EL u CP vs Ryanair Designated Activity Company

    (Kawża C-287/20)

    (2020/C 279/53)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Amtsgericht Hamburg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: EL, CP

    Konvenuta: Ryanair Designated Activity Company

    Domandi preliminari

    Strajk organizzat minn sindakat tal-persunal ta’ trasportatur tal-ajru li jopera jikkostitwixxi “ċirkustanza straordinarja” fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1)?

    F’dan ir-rigward, huwa rilevanti l-fatt li seħħew trattattivi mar-rappreżentanti tal-interessi tal-ħaddiema fid-dawl tal-istrajk?


    (1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


    Top