Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CB0706

    Kawża C-706/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-trier Tribunal (Tax Chamber) – Ir-Renju Unit) – Amoena Ltd vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Tariffa doganali komuni – Klassifikazzjoni tariffarja – Nomenklatura Magħquda – Intestaturi 6212 u 9021 – Riċipettijiet għal wara mastektomija – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1167 – Kunċett ta’ “aċċessorji” – Interpretazzjoni tas-sentenza tad-19 ta’ Diċembru 2019, Amoena (C-677/18, EU:C:2019:1142))

    ĠU C 471, 22.11.2021, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 471/13


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-trier Tribunal (Tax Chamber) – Ir-Renju Unit) – Amoena Ltd vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

    (Kawża C-706/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi 6212 u 9021 - Riċipettijiet għal wara mastektomija - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1167 - Kunċett ta’ “aċċessorji” - Interpretazzjoni tas-sentenza tad-19 ta’ Diċembru 2019, Amoena (C-677/18, EU:C:2019:1142))

    (2021/C 471/17)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    First-trier Tribunal (Tax Chamber)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Amoena Ltd

    Konvenut: The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

    Dispożittiv

    1)

    Punt 53 tas-sentenza tad-19 ta’ Diċembru 2019, Amoena (C-677/18, EU:C:2019:1142), fil-verżjoni tagħha bl-Ingliż, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    fl-ewwel sentenza ta’ dan il-punt, it-termini “minnhom” u “tagħhom” jirreferu għal proteżi tas-sider u t-terminu “huma” jirreferi għal bras wara l-mastektomija u,

    fit-tieni sentenza ta’ dak il-punt, it-terminu “tagħhom” kif ukoll l-ewwel żewġ okkorrenzi tat-terminu “huma” jirreferu għal bras wara l-mastektomija filwaqt li l-aħħar okkorrenza ta' dan it-terminu “huma” tirreferi għal proteżijiet tas-sider.

    2)

    Fit-tieni sentenza tal-punt 53 tas-sentenza tad-19 ta’ Diċembru 2019, Amoena (C-677/18, EU: C: 2019: 1142), il-Qorti, sabiex tiddetermina jekk il-bras wara l-mastektomija jistgħux jitqiesu bħala “aċċessorji” għal protesi tas-sider, fit-tifsira tal-Kapitolu 90 tan-Nomenklatura Magħquda, li jidhru fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas-6 ta’ Ottubru 2016, applika biss il-kriterju ddefinit fil-punt 51 ta’ din is-sentenza, li skontu għandu jkun ikkwalifikat bħala “aċċessorji”, fit-tifsira ta’ dak il-kapitlu, biċċiet ta’ tagħmir interkambjabbli li iqiegħduh f’pożizzjoni li jiżgura servizz partikolari b’relazzjoni mal-funzjoni prinċipali tiegħu.


    (1)  ĠU C 110, 29.03.2021.


    Top