Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0422

    Kawża C-422/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Köln – il-Ġermanja) – RK vs CR (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Suċċessjonijiet – Regolament (UE) Nru 650/2012 – Rikonoxximent – Artikolu 6(a) – Rifjut tal-ġurisdizzjoni – Artikolu 7(a) – Ġurisdizzjoni ta’ qorti – Stħarriġ mill-qorti adita sussegwentement – Artikolu 22 – Għażla tal-liġi applikabbli – Artikolu 39 – Rikonoxximent reċiproku – Artikolu 83(4) – Dispożizzjonijiet tranżitorji)

    ĠU C 471, 22.11.2021, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 471/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Köln – il-Ġermanja) – RK vs CR

    (Kawża C-422/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Suċċessjonijiet - Regolament (UE) Nru 650/2012 - Rikonoxximent - Artikolu 6(a) - Rifjut tal-ġurisdizzjoni - Artikolu 7(a) - Ġurisdizzjoni ta’ qorti - Stħarriġ mill-qorti adita sussegwentement - Artikolu 22 - Għażla tal-liġi applikabbli - Artikolu 39 - Rikonoxximent reċiproku - Artikolu 83(4) - Dispożizzjonijiet tranżitorji)

    (2021/C 471/13)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberlandesgericht Köln

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: RK

    Konvenut: CR

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 7(a) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex ikun hemm rifjut ta’ ġurisdizzjoni, fis-sens tal-Artikolu 6(a) ta’ dan l-istess regolament, favur qrati tal-Istat Membru li l-liġi tiegħu tkun intgħażlet mid-deċedut, ma huwiex neċessarju li l-qorti adita preċedentement tkun espressament irrifjutat il-ġurisdizzjoni tagħha, iżda din l-intenzjoni għandha toħroġ mingħajr ekwivoku mid-deċiżjoni li tkun ħadet f’dan ir-rigward.

    2)

    L-Artikolu 6(a), l-Artikolu 7(a) u l-Artikolu 39 tar-Regolament Nru 650/2012 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qorti tal-Istat Membru adita wara rifjut tal-ġurisdizzjoni ma hijiex awtorizzata tistħarreġ jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawn id-dispożizzjonijiet kinux issodisfatti sabiex il-qorti adita preċedentement tkun tista’ tirrifjuta l-ġurisdizzjoni tagħha.

    3)

    L-Artikolu 6(a) u l-Artikolu 7(a) tar-Regolament Nru 650/2012, għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-regoli ta’ ġurisdizzjoni previsti f’dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw ukoll fil-każ meta fit-testment tiegħu, stabbilit qabel is-17 ta’ Awwissu 2015, id-deċedut ma kienx għażel il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni, u fl-indikazzjoni ta’ din il-liġi tirriżulta biss mill-Artikolu 83(4) ta’ dan ir-regolament.


    (1)  ĠU C 443, 21.12.2020.


    Top