Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0197

    Kawżi magħquda C-197/20 u C-216/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – KAHL G.m.b.H. & Co. K.G. (C-197/20) u C. E. Roeper GmbH (C-216/20) vs Hauptzollamt Hannover (C-197/20), Hauptzollamt Hamburg (C-216/20) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Tariffa doganali komuni – Klassifikazzjoni tariffarja – Nomenklatura Magħquda – Subintestaturi tariffarji 1521 90 91 u 1521 90 99 – Interpretazzjoni tan-noti ta’ spjega relatati mas-subintestatura 1521 90 99 – Xema’ tan-naħal imdewba u ssolidifikata mill-ġdid qabel l-importazzjoni tagħha)

    ĠU C 2, 3.1.2022, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 2/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – KAHL G.m.b.H. & Co. K.G. (C-197/20) u C. E. Roeper GmbH (C-216/20) vs Hauptzollamt Hannover (C-197/20), Hauptzollamt Hamburg (C-216/20)

    (Kawżi magħquda C-197/20 u C-216/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Subintestaturi tariffarji 1521 90 91 u 1521 90 99 - Interpretazzjoni tan-noti ta’ spjega relatati mas-subintestatura 1521 90 99 - Xema’ tan-naħal imdewba u ssolidifikata mill-ġdid qabel l-importazzjoni tagħha)

    (2022/C 2/10)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Hamburg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: KAHL G.m.b.H. & Co. K.G. (C-197/20) u C. E. Roeper GmbH (C-216/20)

    Konvenuti: Hauptzollamt Hannover (C-197/20) u Hauptzollamt Hamburg (C-216/20)

    Dispożittiv

    In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet tagħha li jirriżultaw mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 tas-16 ta’ Ottubru 2014 u mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1754 tas-6 ta’ Ottubru 2015, għandha tiġi interpretata fis-sens li x-xema’ tan-naħal li tkun ġiet imdewba, u li minnha tkun tneħħiet mekkanikament parti mill-materjal barrani waqt il-proċess tat-tidwib, u mbagħad tkun ġiet issolidifikata sabiex tifforma blokki jew pjanċi, taqa’ taħt is-subintestatura 1521 90 99 ta’ din in-nomenklatura, li tkopri x-xema’ “oħrajn”, u mhux taħt is-subintestatura 1521 90 91 tal-imsemmija nomenklatura, li tkopri x-xema’ “mhux imsajrin [ipproċessati]”.


    (1)  ĠU C 279, 24/8/2020.


    Top