Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0678

    Kawża T-678/19: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2019 – Health Product Group vs EUIPO – Bioline Pharmaceutical (Enterosgel)

    ĠU C 399, 25.11.2019, p. 99–99 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/99


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2019 – Health Product Group vs EUIPO – Bioline Pharmaceutical (Enterosgel)

    (Kawża T-678/19)

    (2019/C 399/117)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Health Product Group sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Kondrat, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bioline Pharmaceutical AG (Baar, l-Isvizzera)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark verbali Enterosgel –Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 896 788 li tindika l-Unjoni Ewropea

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Awwissu 2019 fil-Każ R 482/2018-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara t-trade mark invalida;

    tiddeċiedi dwar l-ispejjeż favur ir-rikorrenti.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top