Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0612

    Kawża T-612/19: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2019 – UPL Europe u Aceto Agricultural Chemical vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 399, 25.11.2019, p. 72–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/72


    Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2019 – UPL Europe u Aceto Agricultural Chemical vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-612/19)

    (2019/C 399/90)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: UPL Europe Ltd (Warrington Cheshire, ir-Renju Unit) u Aceto Agricultural Chemical Corp. Ltd (Port Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Mereu u P. Sellar, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/989 tas-17 ta’ Ġunju 2019 (1);

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv: ir-Regolament ikkontestat kien adottat b’riżultat ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.

    2.

    It-tieni motiv: ir-Regolament ikkontestat jirriżulta minn proċedura li matulha ma ġewx irrispettati d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti.

    3.

    It-tielet motiv: ir-Regolament ikkontestat kien adottat bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

    4.

    Ir-raba’ motiv: ir-Regolament ikkontestat kien adottat bi ksur tal-prinċipju ta’ prekawzjoni.


    (1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/989 tas-17 ta’ Ġunju 2019 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva chlorpropham, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2019, L 160, p. 11).


    Top