EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0028

Kawża T-28/19: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2019 – Karlovarské minerální vody vs EUIPO — Aguas de San Martín de Veri (VERITEA)

ĠU C 82, 4.3.2019, p. 67–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/67


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2019 – Karlovarské minerální vody vs EUIPO — Aguas de San Martín de Veri (VERITEA)

(Kawża T-28/19)

(2019/C 82/78)

Lingwa tar-rikors: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Karlovarské minerální vody a.s. (Karlovy Vary, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: J. Mrázek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aguas de San Martín de Veri, SA (Bisaurri, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea VERITEA – Applikazzjoni Nru 15 592 876

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2018 fil-Każ R 499/2018-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni tal-oppożitur;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top