Välj vilka experimentfunktioner du vill testa

Det här dokumentet är ett utdrag från EUR-Lex webbplats

Dokument 62019TB0827

    Kawża T-827/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ottubru 2020 – Gáspár vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament – Servizz pubbliku – Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali – Ilment imressaq wara l-iskadenza tat-terminu ta’ tliet xhur previsti fl-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal – Assenza ta’ żball skużabbli – Inammissibbiltà manifesta”)

    ĠU C 19, 18.1.2021, s. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.1.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 19/49


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ottubru 2020 – Gáspár vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-827/19) (1)

    (“Rikors għal annullament - Servizz pubbliku - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali - Ilment imressaq wara l-iskadenza tat-terminu ta’ tliet xhur previsti fl-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Assenza ta’ żball skużabbli - Inammissibbiltà manifesta”)

    (2021/C 19/52)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Norbert Gáspár (Mensdorf, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: R. Wardyn, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u M. Brauhoff, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Mejju 2018 li tikkonferma t-trasferiment lill-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ta’ drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fis-servizz tal-Unjoni.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissbbli.

    2)

    Norbert Gáspár huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 61, 24.2.2020.


    Upp