Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0378

Kawża T-378/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 18 ta’ Novembru 2020 – Topcart vs EUIPO – Carl International (TC CARL) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TC CARL – Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti CARL TOUCH – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”]

ĠU C 19, 18.1.2021, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 18 ta’ Novembru 2020 – Topcart vs EUIPO – Carl International (TC CARL)

(Kawża T-378/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TC CARL - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti CARL TOUCH - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2021/C 19/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Topcart GmbH (Wiesbaden, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Hoffmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Carl International (Limonest, Franza) (rappreżentant: B. Müller, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ April 2019 (Każ R 1617/2018 2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Carl International u Topcart.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Topcart GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 270, 12.8.2019.


Top