Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0317

    Kawża T-317/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2022 – AMVAC Netherlands vs Il-Kummissjoni (“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Sustanza attiva ethoprophos – Nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni – Regolament (KE) Nru 1107/2009 u Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 – Drittijiet tad-difiża – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Ċertezza legali – Proporzjonalità – Prinċipju ta’ prekawzjoni”)

    ĠU C 128, 21.3.2022, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 128, 21.3.2022, p. 8–8 (GA)

    21.3.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 128/17


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2022 – AMVAC Netherlands vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-317/19) (1)

    (“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva ethoprophos - Nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni - Regolament (KE) Nru 1107/2009 u Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 - Drittijiet tad-difiża - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Ċertezza legali - Proporzjonalità - Prinċipju ta’ prekawzjoni”)

    (2022/C 128/23)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: AMVAC Netherlands BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: C. Mereu, M. Grunchard u S. Englebert, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras u A. Dawes, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/344, tat-28 ta’ Frar 2019, li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva ethoprophos, konformement mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (JO 2019, L 62, p. 7).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    AMVAC Netherlands għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ dan ir-rikors u tal-proċedura għal miżuri provviżorji.


    (1)  ĠU C 263, 5/8/2019.


    Top