This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0831
Case C-831/19: Request for a preliminary ruling from the Tribunale di Milano (Italy) lodged on 14 November 2019 — Banco di Desio e della Brianza SpA and Others v YX, ZW
Kawża C-831/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano (l-Italja) fl-14 ta’ Novembru 2019 – Banco di Desio e della Brianza SpA et vs YX, ZW
Kawża C-831/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano (l-Italja) fl-14 ta’ Novembru 2019 – Banco di Desio e della Brianza SpA et vs YX, ZW
ĠU C 36, 3.2.2020, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
3.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 36/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano (l-Italja) fl-14 ta’ Novembru 2019 – Banco di Desio e della Brianza SpA et vs YX, ZW
(Kawża C-831/19)
(2020/C 36/22)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Milano
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Banco di Desio e della Brianza SpA, Banca di Credito Cooperativo di Carugate e Inzago sc, Intesa Sanpaolo SpA, Banca Popolare di Sondrio s.c.p.a, Cerved Credit Management SpA
Konvenuti: YX, ZW
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 93/13/KEE (1) moqrija flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprekludu, u taħt liema kundizzjonijiet, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik deskritta, li tipprekludi lill-qorti ta’ eżekuzzjoni milli twettaq stħarriġ intrinsiku ta’ titolu eżekuttiv ġudizzjarju li kiseb l-awtorità ta’ res judicata, meta l-konsumatur, li jsir konxju mill-istatus tiegħu (għarfien li kien preċedentement prekluż mid-dritt kif applikat dak iż-żmien), jitlob it-twettiq ta’ tali stħarriġ? |
|
2) |
L-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 93/13/KEE moqrija flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprekludu, u taħt liema kundizzjonijiet, leġiżlazzjoni bħal dik nazzjonali li, meta jkun hemm deċiżjoni impliċita li kisbet l-awtorità ta’ res judicata li klawżola kuntrattwali ma hijiex inġusta, tipprekludi lill-qorti ta’ eżekuzzjoni, li tkun mitluba tiddeċiedi dwar oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni mressqa mill-konsumatur, milli tirrileva li tali klawżola hija inġusta, u tali preklużjoni tista’ titqies li teżisti anki meta, fid-dawl tad-dritt kif applikat dak iż-żmien meta d-deċiżjoni kisbet l-awtorità ta’ res judicata, l-evalwazzjoni ta’ jekk il-klawżola hijiex inġusta kienet prekluża peress li l-garanti ma kienx jista’ jiġi kklassifikat bħala konsumatur? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).