Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0340

    Kawża C-340/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fid-29 ta’ April 2019 — Valsts ieņēmumu dienests vs SIA Hydro Energo

    ĠU C 220, 1.7.2019, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.7.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 220/25


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fid-29 ta’ April 2019 — Valsts ieņēmumu dienests vs SIA Hydro Energo

    (Kawża C-340/19)

    (2019/C 220/31)

    Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

    Qorti tar-rinviju

    Augstākā tiesa (Senāts)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Valsts ieņēmumu dienests

    Konvenuta: SIA Hydro Energo

    Domanda preliminari

    In-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), fil-verżjoni tagħha kif emendata bir-Regolament (UE) Nru 1006/2011 tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Settembru 2011 (2), għandha tiġi interpetata fis-sens li l-intestatura 7407 (vireg u profili tar-ram) tinkludi ingotti tar-ram jew tal-liga tar-ram, ta’ għamla rettangolari, li l-ħxuna tagħhom hija ikbar minn wieħed minn għaxra tal-wisa’ u li ġew illaminati bis-sħana, iżda li fit-taqsima trasversali tagħhom fiha pori, ħofor u xquq irregolari?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.

    (2)  ĠU 2011, L 282, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2012, L 226, p. 8 u ĠU 2011, L 290, p. 6.


    Top