Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0140

    Kawża C-140/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fl-20 ta’ Frar 2019 — EX

    ĠU C 187, 3.6.2019, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.6.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 187/36


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fl-20 ta’ Frar 2019 — EX

    (Kawża C-140/19)

    (2019/C 187/40)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landesverwaltungsgericht Steiermark

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: EX

    Awtorità konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld

    Intervenjenti: Finanzpolizei

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (1) u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ ksur tal-obbligi formali applikabbli fil-qasam tal-impjieg transkonfinali tal-manodopera, bħall-osservanza tal-obbligu li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni d-dokumenti salarjali jew in-nuqqas ta’ dikjarazzjoni lis-servizz ċentrali ta’ koordinazzjoni (notifiki liz-ZKO), multi għoljin ħafna, b’mod partikolari, multi minimi għoljin imposti kumulattivament għal kull ħaddiem ikkonċernat?

    2)

    Fil-każ li ma tingħatax risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

    L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-impożizzjoni ta’ multi kumulattivi mingħajr limitu massimu fil-każ ta’ ksur tal-obbligi formali applikabbli fil-qasam tal-impjieg transkonfinali tal-manodopera?

    3)

    L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ ta’ waqfien antiċipat u/jew ta’ interruzzjoni tal-attività temporanja fl-Istat ospitanti, tipprevedi obbligatorjament dikjarazzjoni ta’ modifika lis-servizz ċentrali ta’ koordinazzjoni?

    4)

    Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tielet domanda:

    L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprovdix terminu adegwat għad-dikjarazzjoni tal-modifika?

    5)

    L-Artikolu 56 TFUE u l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li r-rekwiżit ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ dokumenti ma jiġix issodisfat jekk jiġu ppreżentati a posteriori dokumenti xierqa u rilevanti f’terminu adegwat?

    6)

    L-Artikolu 56 TFUE u l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-fornituri ta’ servizzi barranin għandhom jintalbu jippreżentaw dokumenti li l-portata tagħhom tmur lil hinn minn dawk tad-dokumenti ċċitati fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2014/67/UE, li la huma rilevanti u lanqas xierqa u li ma humiex ippreċiżati fid-dritt nazzjonali (pereżempju dikjarazzjonijiet tas-salarju, estratti tas-salarju, listi tal-paga, estratti fiskali, reġistrazzjoni u tneħħija ta’ reġistrazzjoni, assigurazzjoni tal-mard, listi ta’ notifika u ta’ allokazzjoni ta’ soprataxxa, dokumenti dwar il-klassifikazzjoni fl-iskeda salarjali, ċertifikati)?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431 u rettifika fil-ĠU 2015, L 16, p. 66.

    (2)  Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (ĠU 2014, L 159, p. 11).


    Top