Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0380

    Kawża C-380/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V. vs Deutsche Apotheker- und Ärztebank eG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2013/11/UE – Soluzzjoni extraġudizzjarja ta’ tilwim – Artikolu 13(1) u (2) – Informazzjoni obbligatorja – Aċċessibbiltà għall-informazzjoni)

    ĠU C 279, 24.8.2020, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 279/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V. vs Deutsche Apotheker- und Ärztebank eG

    (Kawża C-380/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2013/11/UE - Soluzzjoni extraġudizzjarja ta’ tilwim - Artikolu 13(1) u (2) - Informazzjoni obbligatorja - Aċċessibbiltà għall-informazzjoni)

    (2020/C 279/16)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberlandesgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

    Konvenuta: Deutsche Apotheker- und Ärztebank eG

    Dispożittiv

    L-Artikolu 13(1) u (2) tad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) għandu jiġi interpretat fis-sens li negozjant, li jagħmel aċċessibbli fuq is-sit internet tiegħu l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ kuntratti ta’ bejgħ jew ta’ servizz, iżda li ma jikkonkludix kuntratti mal-konsumaturi permezz ta’ dan is-sit, huwa obbligat li jinkludi f’dawn il-kundizzjonijiet ġenerali l-informazzjoni relatata mal-entità jew mal-entitajiet ta’ soluzzjoni extraġudizzjarja ta’ tilwim li jaqa’ taħthom dan in-negozjant, meta dan tal-aħħar jimpenja ruħu li jirrikorri għal din l-entità jew għal dawn l-entitajiet jew ikun obbligat li jirrikorri għalihom sabiex isolvi t-tilwim mal-konsumaturi. F’dan ir-rigward, la huwa biżżejjed li l-imsemmi negozjant jippreżenta din l-informazzjoni f’dokumenti oħra aċċessibbli fuq l-imsemmi sit jew f’tabs oħra tiegħu, u lanqas li jipprovdi l-imsemmija informazzjoni lill-konsumatur waqt il-konklużjoni tal-kuntratt suġġett għall-imsemmija kundizzjonijiet ġenerali permezz ta’ dokument separat minnhom.


    (1)  ĠU C 288, 26.8.2019.


    Top