Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0562

    Kawża T-562/18: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 – YP vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 399, 5.11.2018, p. 57–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/57


    Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 – YP vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-562/18)

    (2018/C 399/73)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: YP (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    Taqta’ u tiddeċiedi,

    id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Settembru 2017 li timponi fuqu s-sanzjoni dixxiplinari ta' ħtija, hija annullata;

    il-konvenuta hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kienet wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddeċidiet li r-rikorrent kien naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 12 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.


    Top