This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0546
Case T-546/18: Action brought on 17 September 2018 — XM and Others v Commission
Kawża T-546/18: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2018 – XM et vs Il-Kummissjoni
Kawża T-546/18: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2018 – XM et vs Il-Kummissjoni
ĠU C 399, 5.11.2018, p. 53–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 399/53 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2018 – XM et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-546/18)
(2018/C 399/68)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: XM u 26 rikorrenti oħra (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjonijiet li jippreġudikaw lid-diversi rikorrenti li huma d-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li dawn ma jingħatawx ir-rimbors għall-ispejjeż tal-iskola għas-sena 2017/2018 li ntwerew b’diversi modi skont iċ-ċirkustanzi partikolari għal kull wieħed mir-rikorrenti:
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi:
— |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni għar-rimbors ta’ spejjeż mediċi, sa fejn il-bidla tal-interpretazzjoni mill-konvenuta kisret id-drittijiet miksuba, l-aspettattivi leġittimi, iċ-ċertezza legali u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. |
— |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tat-tfal, tad-dritt għall-ħajja tal-familja u tad-dritt għall-edukazzjoni. |
— |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni. |
— |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bbilanċjar effettiv tal-interessi tar-rikorrenti u fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità li bihom hija vvizzjata d-deċiżjoni kkontestata. |