Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0536

    Kawża T-536/18: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2018 – Société des produits Nestlé vs EUIPO – European Food (fitness)

    ĠU C 399, 5.11.2018, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/47


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2018 – Société des produits Nestlé vs EUIPO – European Food (fitness)

    (Kawża T-536/18)

    (2018/C 399/62)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz, A. Lambrecht, C. Elkemann, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: European Food SA (Păntășești, ir-Rumanija)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “fitness” – Trade mark tal-Unjoni Nru 2 470 326

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni ord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 755/2018-2

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni 5801 C tat-18 ta’ Ottubru 2013;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 72(6) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) flimkien mal-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;


    Top