Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0533

    Kawża T-533/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2018 – Wanda Films u Wanda Visión vs EUIPO – Dalian Wanda Group Co. (WANDA FILMS)

    ĠU C 399, 5.11.2018, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/46


    Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2018 – Wanda Films u Wanda Visión vs EUIPO – Dalian Wanda Group Co. (WANDA FILMS)

    (Kawża T-533/18)

    (2018/C 399/61)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Wanda Films, SL (Pozuelo de Alarcón, Spanja) u Wanda Visión, SA (Pozuelo de Alarcón) (rappreżentant: C. Planas Silva, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Dalian Wanda Group Co. Ltd (Dalian, iċ-Ċina)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea WANDA FILMS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 912 829

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjon

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 401/2017-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tilqa’ dan ir-rikors, l-argumenti u d-dokumenti (inklużi dawk ippreżentati flimkien mar-rikors u dawk ippreżentati mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell);

    tibdel id-deċiżjoni kkontestata;

    taċċetta r-reġistrazzjoni tat-trade mark difiża mir-rikorrenti permezz ta’ dan ir-rikors.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top