Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0118

Kawża T-118/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2018 – Agencja Wydawnicza Technopol vs EUIPO (300 PANORAMICZNYCH)

ĠU C 142, 23.4.2018, p. 59–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/59


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2018 – Agencja Wydawnicza Technopol vs EUIPO (300 PANORAMICZNYCH)

(Kawża T-118/18)

(2018/C 142/77)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o. o. (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentant: C. Rogula, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “300 PANORAMICZNYCH” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 299 696

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 2195/2016-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tibdel id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell billi tilqa’ l-appell tar-rikorrenti u tirreġistra t-trade mark “300 PANORAMICZNYCH” peress li s-sinjal verbali “300 PANORAMICZNYCH” ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti b’mod partikolari mill-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 2017/1001, u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni għar-rifjut ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark;

u/jew

konformement mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001 is-sinjal verbali “300 PANORAMICZNYCH” kiseb karattru distintiv permezz tal-użu (karattru distintiv sekondarju), u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni għar-rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark, u b’mod partikolari, l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) ma hija applikabbli;

sussidjarjament,

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell u timponi lill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem l-“EUIPO”) li jeżamina mill-ġdid l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewopea għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “300 PANORAMICZNYCH”, bl-applikazzjoni Nru 015299696, b’mod partikolari sabiex jiġu evitati l-irregolaritajiet eżistenti u jiddetermina li s-sinjal verbali “300 PANORAMICZNYCH” ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti b’mod partikolari mill-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 2017/1001, u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni assoluta għar-rifjut tar-reġistrazzjoni;

u/jew

konformement mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001 is-sinjal verbali “300 PANORAMICZNYCH” kiseb karattru distintiv permezz tal-użu (karattru distintiv sekondarju), u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni għar-rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark, u b’mod partikolari, l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) ma hija applikabbli.

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) tar-Regolament Nru 2017/1001.


Top