Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0104(01)

    Kawża T-104/18: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2018 – Fundación Tecnalia Research & Innovation vs REA

    ĠU C 142, 23.4.2018, p. 57–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 142/57


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2018 – Fundación Tecnalia Research & Innovation vs REA

    (Kawża T-104/18)

    (2018/C 142/74)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Fundación Tecnalia Research & Innovation (Donostia-San Sebastián, Spanja) (rappreżentanti: P. Palacios Pesquera u M. Rius Coma, avukati)

    Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tilqa’ r-rikors flimkien mal-motivi li jinsabu fih;

    tilqa’ l-motivi invokati f’dan ir-rikors u, konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni kkontestata billi tiddikjara li ma għandhomx jiħallsu lura l-ammonti li jikkorrispondu għall-kompiti eżegwiti minn TECNALIA;

    tikkundanna lir-REA għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-deċiżjoni ta’ kontenzjuż dwar proċedura ta’ rkupru finanzjarju fir-rigward tal-proġett FP7-SME-2013-605879-FOODWATCH grant agreement. Id-deċiżjoni ta’ xoljiment tal-ftehim ta’ sussidju tal-proġett FoodWatch hija dovuta għall-allegat nuqqas ta’ informazzjoni mogħtija lill-konvenuta dwar l-eżistenza ta’ proġett BreadGuard, li, fil-fehma tar-REA, kien simili ħafna għall-proġett FoodWatch fir-rigward tal-għanijiet, il-metodoloġija ta’ ħidma u r-riżultati mistennija.

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata minħabba nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ elementi li jiskaġunaw evidenzjati minn TECNALIA waqt il-proċedura kontenzjuża ta’ investigazzjoni.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-kontenut tal-Anness II tal-Grant Agreement tal-proġett FoodWatch, inkwantu l-konvenuta ma kkomunikatx l-identità tal-esperti indipendenti li ssottoskrivew ir-rapporti tal-esperti li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata, fejn b’hekk TECNICALIA ġiet prekluża milli toġġezzjona kontriha.

    3.

    It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ tort inkwantu l-konvenuta ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-livell ta’ parteċipazzjoni ta’ TECNALIA fit-twettiq tal-fatti allegati.

    4.

    Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ legalità, fid-dawl tal-eżekuzzjoni korretta tal-proġetti u l-assenza ta’ ksur jew nuqqas ta’ twettiq tal-impenji ssottoskritti min-naħa ta’ TECNALIA.

    5.

    Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, billi ma ttiħidx inkunsiderazzjoni l-livell ta’ ħtija ta’ kull wieħed mill-parteċipanti fl-aġir allegat.


    Top