Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0064

    Kawża T-64/18: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – Alfamicro vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 142, 23.4.2018, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 142/52


    Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 – Alfamicro vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-64/18)

    (2018/C 142/70)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Alfamicro – Sistema de Computadores – Sociedade Unipessoal, Lda (Cascais, il-Portugall) (rappreżentanti: G. Gentil Anastácio u D. Pirra Xarepe, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiddikjara n-nullità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2017) 8839 finali tat-13 ta’ Diċembru 2017 dwar il-ħlas ta’ dejn, sa fejn tirrigwarda n-nota ta’ debitu Nru 3241507078, minn naħa, u tannulla l-imsemmija deċiżjoni fir-rigward tal-kumplament, min-naħa l-oħra;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin:

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq użu ħażin tal-poter mill-Kummissjoni, fir-rigward tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ nullità, sa fejn hija ssostitwixxiet id-deċiżjoni mogħtija mill-Qorti Ġenerali, tal-14 ta’ Novembru 2017, fil-Kawża T-831/14, li fiha din tal-aħħar iffissat il-kreditu tal-Unjoni fir-rigward ta’ dejn speċifiku, ma’ deċiżjoni ta’ kontenut differenti, li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv, fir-rigward tal-istess dejn, bi ksur tal-Artikolu 19 TUE, u tal-Artikolu 272 TFUE;

    2.

    It-tieni motiv, fir-rigward tat-talba għal annullament, ibbażat fuq:

    nuqqas ta’ motivazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni llimitat ruħha sabiex tiddikjara li ġew ikkonstatati ċerti żbalji ta’ natura sistematika fil-verifiki finanzjarji mwettqa taħt il-ftehim li kien is-suġġett tad-deċiżjoni kkontestata, mingħajr, madankollu ma spjegat f’xiex jikkonsistu dawn l-iżbalji.

    ksur tal-liġi, sa fejn billi applikat awtomatikament il-konklużjonijiet ta’ verifika finanzjarja mwettqa fl-ambitu ta’ relazzjoni kuntrattwali għal relazzjonijiet kuntrattwali oħra, il-Kummissjoni kisret it-tieni paragrafu tal-Artikolu 135(5) tar-Regolament Nru 966/2012 (1), kif ukoll prinċipju fundamentali tal-kuntratti amministrattivi, b’mod ġenerali, u tal-kuntratti pubbliċi, b’mod partikolari, jiġifieri, tal-invjolabbiltà tal-klawżola ta’ remunerazzjoni.


    (1)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012, L 298, p. 1).


    Top