Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TB0617

    Kawża T-617/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2019 – ZH vs ECHA (“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2016 – Leave tal-mard – Talba għad-danni – Ilment imressaq wara l-iskadenza tat-terminu ta’ tliet xhur previst fl-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal – Forza maġġuri – Żball skużabbli – Inammissibbiltà manifesta”)

    ĠU C 399, 25.11.2019, p. 60–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/60


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2019 – ZH vs ECHA

    (Kawża T-617/18) (1)

    (“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2016 - Leave tal-mard - Talba għad-danni - Ilment imressaq wara l-iskadenza tat-terminu ta’ tliet xhur previst fl-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Forza maġġuri - Żball skużabbli - Inammissibbiltà manifesta”)

    (2019/C 399/74)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZH (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

    Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: M. Heikkilä, T. Zbihlej u C. M. Bergerat, aġenti, assistiti minn A. Duron, avukat)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għas-sena 2016 u, min-naħa l-oħra, għat-tqassim tad-dannu morali li hija kienet allegatament issubixxiet.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    ZH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 436, 3.12.2018.


    Top