This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TB0337
Case T-337/18 R and T-347/18 R: Order of the President of the General Court of 24 August 2018 — Laboratoire Pareva and Biotech3D v Commission (Interim relief — Regulation (EU) No 528/2012 — Biocidal products — Active substance PHMB (1415; 4.7) — Approval refused — Application for interim measures — Prima facie case — Weighing up of competing interests)
Kawża T-337/18 R u T-347/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Awwissu 2018 – Laboratoire Pareva u Biotech3D vs Il-Kummissjoni (“Miżuri provviżorji — Regolament (UE) Nru 528/2012 — Prodotti bijoċidali — Sustanza attiva PHMB (1415; 4.7) — Rifjut tal-approvazzjoni — Talba għal miżuri provviżorji — Fumus boni juris — Ibbilanċjar tal-interessi”)
Kawża T-337/18 R u T-347/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Awwissu 2018 – Laboratoire Pareva u Biotech3D vs Il-Kummissjoni (“Miżuri provviżorji — Regolament (UE) Nru 528/2012 — Prodotti bijoċidali — Sustanza attiva PHMB (1415; 4.7) — Rifjut tal-approvazzjoni — Talba għal miżuri provviżorji — Fumus boni juris — Ibbilanċjar tal-interessi”)
ĠU C 399, 5.11.2018, p. 35–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 399/35 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Awwissu 2018 – Laboratoire Pareva u Biotech3D vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-337/18 R u T-347/18 R)
((“Miżuri provviżorji - Regolament (UE) Nru 528/2012 - Prodotti bijoċidali - Sustanza attiva PHMB (1415; 4.7) - Rifjut tal-approvazzjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi”))
(2018/C 399/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent fil-kawża T-337/18 R: Laboratoire Pareva (Saint-Martin-de-Crau, Franza) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u S. Englebert, avukati)
Rikorrenti fil-kawża T-347/18 R: Laboratoire Pareva (Saint-Martin-de-Crau) u Biotech3D Ltd & Co. KG (Gampern, l-Awstrija) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u S. Englebert, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lindenthal u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/619 tal-20 ta’ April 2018 li ma tapprovax il-PHMB (1415; 4.7) bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi 1, 5 u 6 (ĠU 2018, L 102, p. 21) u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/613 tal-20 ta’ April 2018 li japprova l-PHMB (1415; 4.7) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 4 (ĠU 2018, L 102, p. 1), u, minn naħa l-oħra, sabiex tadotta kull miżura provviżorja xierqa oħra.
Dispożittiv
1) |
Il-kawżi T-337/18 R u T-347/18 R huma magħquda għall-finijiet ta’ dan id-digriet. |
2) |
It-talbiet għal miżuri provviżorji huma miċħuda. |
3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |