EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0740

Kawża T-740/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2022 – Taminco u Arysta LifeScience Great Britain vs Il-Kummissjoni (“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Sustanza attiva tiram – Nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni – Regolament (KE) Nru 1107/2009 u Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 – Drittijiet tad-difiża – Irregolarità proċedurali – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Kompetenza tal-EFSA – Proporzjonalità – Prinċipju ta’ prekawzjoni – Ugwaljanza fit-trattament”)

ĠU C 128, 21.3.2022, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 128, 21.3.2022, p. 7–7 (GA)

21.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2022 – Taminco u Arysta LifeScience Great Britain vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-740/18) (1)

(“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva tiram - Nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni - Regolament (KE) Nru 1107/2009 u Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 - Drittijiet tad-difiża - Irregolarità proċedurali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Kompetenza tal-EFSA - Proporzjonalità - Prinċipju ta’ prekawzjoni - Ugwaljanza fit-trattament”)

(2022/C 128/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Taminco BVBA (Gand, il-Belġju), Arysta LifeScience Great Britain Ltd (Édimbourg, (rappreżentanti: C. Mereu u M. Grunchard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: G. Koleva, aġent)

Suġġett

talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1500 tad-9 ta’ Ottubru 2018 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva tiram, li jipprojbixxi l-użu u l-bejgħ taż-żrieragħ ittrattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-tiram, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2018, L 254, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Taminco BVBA u Arysta LifeScience Great Britain Ltd għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ dan ir-rikors.

3)

Taminco għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 72, 25.2.2019.


Top