Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0545

    Kawża T–545/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2019 - YL vs Il-Kummissjoni Ewropea (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2017 – Deċiżjoni li ma jiġix promoss ir-rikorrent għall-grad AD 7 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2017 – Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal – Artikolu 9(3) tal-Anness IX tar-Regoli tal-Persunal – Użu ħażin ta’ poter – Sanzjoni dixxiplinari)

    ĠU C 399, 25.11.2019, p. 54–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/54


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2019 - YL vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża T–545/18) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2017 - Deċiżjoni li ma jiġix promoss ir-rikorrent għall-grad AD 7 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2017 - Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 9(3) tal-Anness IX tar-Regoli tal-Persunal - Użu ħażin ta’ poter - Sanzjoni dixxiplinari)

    (2019/C 399/65)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: YL (rappreżentanti: P. Yon u B. de Lapasse, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment L. Radu Bouyon u R Striani, sussegwentement R. Radu Bouyon u B. Mongin, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, l-ewwel nett, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, ikkomunikata lill-persunal ta’ din l-istituzzjoni fit-13 ta’ Novembru 2017, li ma tippromwovix lir-rikorrent għall-grad AD 7 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2017, it-tieni nett, għall-promozzjoni tar-rikorrent fil-grad AD 7 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2017 u, it-tielet nett, għall-għoti ta’ kumpens għad-dannu li allegatament sostna r-rikorrent:

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    YL huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


    Top