Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0447

    Kawża T-447/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Settembru 2021 – TUIfly vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat – Ftehimiet konklużi bejn Kärntner Flughafen Betriebsgesellschaft u l-kumpanniji tal-ajru Hapag Lloyd Express u TUIfly – Servizzi ajruportwali – Servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħhom – Vantaġġ – Kriterju ta’ investitur privat – Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Dritt ta’ aċċess għall-fajl – Dritt għal smigħ”)

    ĠU C 471, 22.11.2021, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 471/37


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Settembru 2021 – TUIfly vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-447/18) (1)

    (“Għajnuna mill-Istat - Ftehimiet konklużi bejn Kärntner Flughafen Betriebsgesellschaft u l-kumpanniji tal-ajru Hapag Lloyd Express u TUIfly - Servizzi ajruportwali - Servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħhom - Vantaġġ - Kriterju ta’ investitur privat - Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Dritt ta’ aċċess għall-fajl - Dritt għal smigħ”)

    (2021/C 471/51)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: TUIfly GmbH (Langenhagen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Giesberts u M. Gayger, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Blanck, A. Bouchagiar u S. Noë, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/628 tal-11 ta’ Novembru 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.24221(2011/C) (ex 2011/NN) implimentata mill-Awstrija għall-ajruport ta’ Klagenfurt, għal Ryanair u linji tal-ajru oħrajn li jużaw l-ajruport (ĠU 2018, L 107, p. 1), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    TUIfly GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 301, 27.8.2018.


    Top