Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0403

    Kawża T-403/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2019 — Pharmadom vs EUIPO — Objectif Pharma (WS wellpharma shop) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea WS wellpharma shop — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti WELL AND WELL — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

    ĠU C 187, 3.6.2019, p. 77–77 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.6.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 187/77


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2019 — Pharmadom vs EUIPO — Objectif Pharma (WS wellpharma shop)

    (Kawża T-403/18) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea WS wellpharma shop - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti WELL AND WELL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

    (2019/C 187/82)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Pharmadom (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentant: M.-P. Dauquaire, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pétrequin u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Objectif Pharma (Vandoeuvre-lès-Nancy, Franza) (rappreżentant: A. Nappey, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Marzu 2018 (Każ R 1448/2017-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pharmadom u Objectif Pharma.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Pharmadom hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 301, 27.8.2018.


    Top